April jagħmel il-fjuri u Mejju jieħu l-unuri. Bejn il-25 u t-30 t’April, Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta se tkun qed tingħata dehera ġdida permezz ta’ tapit ta’ fjuri magħmul minn 80,000 pjanta.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata fost oħrajn miċ-chairman tal-Valletta 2018, ingħataw dettalji dwar dan il-festival. L-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Valletta Green Festival se tkun qed tagħti aktar kulur lill-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
L-attrazzjoni prinċipali tas-sena l-oħra kienet “il-ġonna sigrieta fil-Palazz tal-Arċisqof u l-monasteru tal-klawsura ta’ Santa Katarina, li kienu miftuħa għall-pubbliku għall-ewwel darba f’400 sena.
Apparti minn hekk, l-edizzjonijiet passati tal-Valletta Green Festival taw kulur lill-Pjazza San Ġorġ permezz ta’ installazzjoni kbira magħmula minn fjuri.
Il-proħett hu kollaborazzjoni ta’ Valletta 2018 flimkien mal-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, id-Dipartiment li jiżviluppa u jħares żoni ta’ rikreazzjoni, bħala parti mill-kampanja ta’ Tree 4 U u kif ukoll WasteServ Malta Ltd.