8,000 persuna ġew avakwati miż-żona viċin il-vulkan Taal li jinsab fi gżira fil-Filippini. Din l-evakwazzjoni saret wara li l-awtoritajiet innotaw irmied ħiereġ mill-vulkan u wissew li l-iżbroff mistenni jkun ta’ periklu, u huwa possibbli li jseħħ bejn ftit sigħat jew jiem.
Fis-sigħat bikrin tat-Tnejn filgħodu bdiet tidher ftit lava ħierġa mill-vulkan, li huwa t-tieni l-aktar vulkan attiv fil-Filippini. Minkejja li huwa wieħed mill-iżgħar vulkani tad-dinja huwa rreġistrat 34 żbroff fl-aħħar 450 sena.