Id-19 ta’ Novembru tal-1944, wara li ntemmu l-attakki qalila fuq pajjiżna waqt it-Tieni Gwerra Dinjija. Bħal-lum, tmenin sena sar il-pelegrinaġġ storiku bl-istatwa ta’ Marija Immakulata minn Birkirkara għal Bormla.
Tul dan il-perjodu iebes, il-Bormliżi kienu għamlu wegħda li jekk il-Knisja ta’ Bormla ma titkissirx bil-bombi, kienu se jieħdu lura l-istatwa u l-kwadru titulari, permezz ta’ pelegrinaġġ.
Il-gwerra kisret id-djar ta’ madwar il-knisja f’din il-belt u l-knejjes l-oħra fil-Kottonera, iżda l-Knisja ta’ Bormla baqgħet fuq saqajha.
Biex jerġa’ jfakkru dan l-avveniment storiku, f’Novembru ta’ ħames snin ilu, f’għeluq il-75 sena minn din il-ġrajja, l-istatwa tal-Kunċizzjoni ttieħdet lura f’Birkirkara.
Dan il-pelegrinaġġ sar ftit ġimgħat qabel il-festa ta’ Marija Immakulata, li tiġi ċċelebrata fit-8 ta’ Diċembru.