Madwar 50 persuna li salvaw mill-kamp ta’ konċentrament f’Auschwitz bħal-lum tmenin sena, illum se jirritornaw fuq il-post biex jiftakru l-ġurnata li fl-aħħar ġew illiberati, fis-27 ta’ Jannar tal-1945.
Ma’ dawn in-nies se jkun hemm jakkumpanjawhom fost oħrajn ir-Re Charles, il-President Franċiż Emmanuel Macron u l-President Ġermaniż Frank-Walter Steinmeier.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-persuni li salvaw issa għandhom bejn it-tmenin u d-desgħin sena u se jkunu qed jgħaddu l-messaġġi tagħhom proprju fil-kampijiet fejn raw b’għajnjehom u esperjenzaw it-telfa ta’ miljun u mitt elf persuna li nqatlu, b’ħafna minnhom kienu Lhud.