Raġel reġa’ sab ruħu l-Qorti wara li ġie mixli li, fil-bidu ta’ Awwissu li għadda, għamel ħsara fuq proprjetà ta’ raġel ieħor fix-Xlendi.
Abdelsalam M. Nouri Alallagi, ta’ nazzjonalità Libjana, ġie mixli wkoll li huwa reċediv u li naqas milli jħares il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest imposti fuqu mill-Qorti.
Huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih. Wara li qieset l-ammissjoni tal-imputat u l-fedina penali netta tiegħu, il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech sabitu ħati u bagħtitu 8 xhur ħabs.