8persuni kisru l-liġi u ġew immultati €3,000 kull wieħed wara li kissru l-kwarantina mandatorja.
Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa saru 378 spezzjoni f’Malta u erbgħa u tletin spezzjoni f’Għawdex.
B’hekk in-numru tal-multi issa telgħu għal 19.
Intant matul l-aħħar 24 siegħa tliet stabbiliment li suppost kellhom ikunu magħluqa inqabdu jiksru l-liġi u ġew immultati €3,000 kull wieħed.
Dan fi spezzjonijiet mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu madwar Malta u Għawdex.
Tnejn mill-istabbilimenti kienu tal-ikel, wieħed fil-Ġnejna u ieħor f’Baħar iċ-Ċagħaq. Flimkien ma’ dawn kien hemm ukoll ħanut li joffri is-servizz ta’ massaġġi f’Buġibba.
F’Għawdex kienu spezzjonati 95% tal-istabbilimenti, b’total ta’ 270 bar u ristorant. Ħadd f’Għawdex ma kiser il-liġi.
Biex mit-18 ta’ Marzu sal-lum saru iktar minn 1,800 spezzjoni.
Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li l-Gvern mhux se jittollera abbużi u qalet li l-infurzar qed isir għall-ġid tal-poplu kollu.