Id-Direttorat għas-Servizzi Veterinarji u d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ħarġu stqarrija dwar traċċi tal-kimika ‘Fipronil’ fil-kampjuni tal-bajd.
Il-Kummisjoni għas-sigurtà tal-Ikel u Direttorati msemmija diġa’ ħadu passi sabiex dawn il-bajd kontaminati jieqfu jinbiegħu fis-suq.
Allavolja l-ammonti tas-sustanza li nstabu f’dawn il-kampjuni ma laħqux livell ta’ tossiċità, bħala prekawzjoni, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika jirrikomanda lill-pubbliku sabiex ma jikkonsmax iktar minn żewġ bajdiet kuljum qabel ma toħroġ stqarrija oħra.
F’diversi pajjiżi Ewropej diġà nstabu numru ta’ prodotti tal-bajd bi traċċi tal-istess kimika.