Tmien persuni tilfu ħajjithom fosthom tlett itfal u tarbija ta’ tmien xhur wara li missili Russi laqtu ristorant popolari ħafna fi Kramatorsk fil-Lvant tal-Ukrajna.
Din il-belt tinsab taħt it-territorju Ukren imma viċin bliet li huma okkupati mir-Russja.
Tnejn mit-tfal li ttelgħu minn taħt it-tifrik mejta, kellhom ħmistax u tnax-il sena. Mill-inqas 56 oħra weġġgħu f’dan l-attakk.
L-awtoritajiet qalu li jista’ jkun għad hemm nies taħt it-tifrik għaliex ir-ristorant kien kbir ħafna. Ħaddiema tas-salvataġġ qalu li jistgħu jisimaw n-nies jgħajtu taħt it-tifrik.
Bejn wieħed u ieħor kien hemm madwar 80 persuna fir-ristorant fil-ħin tal-attakk. Midja internazzjonali qed jgħidu li r-ristorant kien mimli ġurnalisti u suldati
Il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li dan l-attakk wera li l-Ukrajna ħaqqha ġustizzja kontra r-Russi kollha.
Karamatorsk kienet waħda mill-aktar bliet li ġew attakkati fil-bidu tal-invażjoni fl-Ukrajna fi Frar tal-2022.
F’April tas-sena li għaddiet aktar minn 60 persuna mietu fi Kramatorsk wara attakk bil-missili fi istazzjon tal-ferrovija.