Issa li s-Sajf kważi magħna x’se nagħmel biex nidher u nħossni aħjar?
Mistoqsija li nimmagina li ġieli staqsejt lilek nnifsek…x’għandek tagħmel? Matthaeus Grasso (Fat loss and health coach) tana ftit pariri siewja mhux biss għal dehra aħjar imma wkoll għal saħħa aħjar.
1. Iġġieled maz-zokkor…Iva, l-ħelu għandu togħma tajba u bla Xewk… Iva ħafna mill-affarijiet ta’ madwarna fihom ħafna zokkor… Imma se nieqfu hemm u nċedu għat-tentazzjonijiet?
Jew għalija iktar importanti li nħossni komdu b’ġismi (kif Jidher u kif Jaħdem)? Jew għalija iktar importanti kif nidher f’dik l-libsa li għandi tistennini? Jew għalija aktar importanti li jkolli s-saħħa u l-enerġija biex nkun ta’ servizz u għajnuna għal dawk li nħobb?
L-Għażla hija tiegħek! Bejn dak li jtina sodisfazzjon għal ftit ħin…. jew dak li jtina sodisfazzjon, saħħa u dehra aħjar għat-tul ta’ żmien.
2. Ixrob biżżejjed ilma għal 3 raġunijiet: għall-Metaboliżmu tax-xaħam fil-fwied, biex tibbilancja l-ormoni tiegħek u biex timtela’ iktar bla ma tkun qed tieħu iktar kaloriji zejda fost oħrajn.
3. Ibda agħmel eżerċizzju u jekk tagħmel diġà żid l-intensità
⁃ Kun ċert li qed tagħmel l-eżerċizzju bl-aktar mod intensiv li tħoss li tista’ għall-aqwa rizultati, fl-iqsar ħin
⁃ Irrezisti t-tentazzjoni li teħles mill-eżerċizzju li qed tagħmel, imma ara li dak li qed tagħmel huwa skond d-direzzjoni tal-Coach tiegħek.
– prova agħmel iktar sforz mis-sessjoni ta’ qabel ħalli tkompli ttejjeb r-riżultati spiss.
Dan kollu jiggarantixxi enerġija pożittiva.
4. Immarka kalendarju ħalli tara l-progress tiegħek stess u tħossok i qed twettaq xi ħaġa għalik innifsek. Kif jgħid il-Malti: Bil-qatra l-qatra timtela’ l-ġarra u bil-mod il-mod tara progress sabiħ fik innifsek.
Tipretendix l-impossibli sas-Sajf…. imma agħmel dak kollu li hu possibbli biex tkun l-aqwa verżjoni tiegħek nnifsek li qatt kont s’issa. Awguri