F’operazzjoni it-taqsima tat-traffiku tal-pulizija fi Triq il-Kosta fuq aktar minn 200 vettura instab li 79 persuna kienu qed isuqu b’veloċità li taqbeż il-limitu, 2 karozzi nstab li kien hemm passiġġiera bla ċintorin tas-sigurtà, f’każ minnhom kienu t-tfal. Filwaqt li kien hemm 2 vetturi li kienu qegħdin isuq bla pjanċa tar-reġistrazzjoni.
Karozza minnhom kienet qed tinstaq bil-121km fis-siegħa f’żona li l-massimu jilħaq is-70km fis-siegħa.
Din l-operazzjoni saret bħala parti mill-ġimgħa Ewropea ddedikata għal l-infurzar tal-liġijiet u s-sigurtà fit-toroq.