L-isplużjoni tal-pipeline fil-Messiku li qatlet mill-inqas 79-il ruħ ġibdet l-attenzjoni tal-gvern tal-Messiku, biex iwaqqaf is-serq tal-fjuwil.
Dawk li serqu l-fjuwil taqqbu l-pipeline ta’ Tula-Tuxpan u 800 ruħ marru bi ħġarhom biex jimlew kontenituri tal-plastik bil-fjuwil.
Kien biss wara ftit sigħat li l-pipeline sploda.
Il-Ministru tas-Saħħa Messikan Jorge Alcocer qal li n-numru tal-persuni li mietu telgħu għal 79 ruħ.