78 skola madwar Malta u Għawdex iċċelebraw il-kisbiet eċċezzjonali li qed jagħmlu fil-ħidma tagħhom biex iqarrbu lit-tfal lejn in-natura permezz talprogramm ta’ edukazzjoni ambjentali Dinja Waħda ta’ BirdLife Malta li huwa mifrux fost l-istudenti tal-etajiet kollha fl-iskejjel mill-Kinder sas-Sekondarja.
Iċ-Ċerimonja tal-Premjazzjoni tal-programm Dinja Waħda għall-2022, li ċċelebrat is-suċċess tas-sena skolastika 2021/2022, saret fl-Esplora Interactive Science Centre.
Fis-settur tal-Primarja, 51 skola ġew ippremjati bil-Gold Award, ħames skejjel irċivew is-Silver Award, tliet skejjel ħadu l-Bronze Award, u 15-il skola ngħataw Ċertifikat. Żewġ skejjel ġodda rċivew il-Blue Banner – award għal skejjel li jkunu rebħu l-Gold Award għal tliet snin wara xulxin.
Fis-settur tas-Sekondarja, żewġ skejjel rebħu l-Gold Award, skola waħda rebħet is-Silver Award u skola oħra l-Bronze Award.
Dawn l-awards ikunu bbażati fuq l-impenn lejn il-bijodiversità u l-edukazzjoni għas-sostenibbiltà.
Iċ-ċerimonja fakkret ukoll it-tnedija ta’ sena skolastika ġdida (2022/2023) għall-programm Dinja Waħda, li jifforma parti mill-impenn ta’ BirdLife Malta biex tħares in-natura u l-ħabitati permezz ta’ attivitajiet ta’ tagħlim barra millklassi. Il-programm jitmexxa b’kollaborazzjoni mad-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar u għandu l-appoġġ tal-Bank of Valletta.
It-tim tal-Edukazzjoni ta’ BirdLife Malta ħabbar ukoll li l-programm Dinja Waħda issa se jingħata bixra internazzjonali hekk kif is-Soċjetà Ornitoloġika tarRumanija din is-sena nidiet il-programm “Nature Friendly Kindergartens”.









Din hija lista sħiħa ta’ skejjel rebbieħa