Sebgħa u sebgħin rekluta ngħaqdu fil-korp tal-Pulizija wara li temmew kors ta’ sbatax il-ġimgħa. F’dan il-kors huma ħadu taħriġ fiżiku u akkademiku fuq suġġetti relattai ma’ liġijiet, drittijiet fundamentali u etika fost oħrajn.
Huma ħadu l-ġurament tal-ħatra f’ċerimonja fil-Forti ta’ Sant Iermu. Il-Kuntistabbli Rita Scerri li hija fost l-aktar li ddistingwiet ruħha fil-kors tirrakkonta l-esperjenza tagħha fl-akkademja tal-Pulizija.
“Hija esperjenza sabiħa ħafna u ta’ sodisfazzjon li wasalna sa hawn u mhux jien biss imma sħabi kollha. Illum hija ġurnata speċjali għalina għax dak kollhu li ħdimna għalih fl-erba xhur li għaddew wasalna għalih”
Għall-ewwel darba l-pulizija l-ġodda mmarċaw flimkien fejn sellmu lis-superjuri tagħhom fosthom il-Kummissarju Lawrence Cutajar u l-Ministru Michael Farrugia. Din iċ-ċerimonja magħrufa bħala ‘Passing Out Parade’ kif tgħid il-Kuntistabbli Cutajar li tħarreġ lir-rekluti għal din il-parata.
“Għalkemm irrid inkun soda fid-dixxiplina, irrid inkun omm iżda rrid nifimhom imma mbagħad trid izomm saqajk soda u tispjegalom it-tajjeb u l-ħażin”
Apparti minn hekk ir-rekluti tħarrġa wkoll dwar investigazzjonijiet relatati ma’ xeni kriminali; għarfien ta’ traffiku; reati tematiċi bħalma hu cybercrime’ u l-kriminalità ekonomika.