Tilfett iċ-ċurkett tal-għerusija tlettax-il sena ilu waqt li kienet qed tħawwel il-pjanti, kien għalhekk li minkejja li provat qatgħet qalbha li xi darba għad terġa’ ssibu. Iżda min kellu jgħidilha lil Mary Grams, Kanadiża ta’ 84 sena, li ċ-ċurkett kienet se terġa’ ssibu.
Kienet il-mara ta’ binha li meta marret tieħu xi ħaxix mill-ġnien sabet iċ-ċurkett imwaħħal f’nofs karrotta. Dan hekk kif kibret madwar iċ-ċurkett.
Meta kienet qatgħet qalbha li dan iċ-ċurkett xi darba se terġa’ tilbsu, Mary Grams kienet marret tixtri ieħor li kien ferm iżgħar minn dak oriġinali. Kienet għamlet dan biex ma jintebaħx, ir-raġel tagħha, li miet ħames snin ilu. Kien meta bdiet taħsel il-karrotti biex issajjarhom li t-tfajla ta’ binha ntebħet biċ-ċurkett.
Din kienet sorpriża liema bħalha għall-mara li reġgħet għexet il-mument ta’ meta r-raġel tagħha libbisha ċ-ċurkett għall-ewwel darba.