Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, il-kumpanija BCRS irkuprat u rriċiklat aktar minn tliet kwarti tal-fliexken tax-xorb riċiklabbli.
Il-Ġimgħa filgħodu l-BCRS ħabbret , li minn mindu bdiet din l-iskema f’Novembru li għadda sal-aħħar ta’ April b’kollox inġabru permezz tar-reverse vending machines li tpoġġew madwar il-gżejjer Maltin aktar minn 64 miljun kontenitur tax-xorb.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-kumpanija nnutat li, fl-ewwel kwart tas-sena, ġew irkuprati kważi 80 fil-mija tal-fliexken tal-plastik, 73% tal-bottijiet tax-xorb, u 74% tal-fliexken tal-ħġieġ.