Matul il-ġimgħa li għaddiet, l-awtoritajiet taw 755 multa wara li diversi persuni nqabdu jiksru l-miżuri marbuta mat-trażżin tal-imxija.
Il-maġġoranza tal-multi, 540, ingħataw lil nies li ma kinux lebsin maskra.
Inħarġu wkoll 176 multa għal nies li nġabru fi gruppi ta’ iktar minn dak permess fil-pubbliku.
Kien hemm ukoll 26 persuna li ġew immultati talli kienu f’residenzi fi gruppi akbar minn dawk permessi.
Dan filwaqt li erba’ persuni ma segwewx l-obbligu ta’ kwarantina.
Ingħataw ukoll disa’ ċitazzjonijiet minħabba ksur ta’ regolamenti tal-istabbilimenti.
B’kollox saru 5,600 spezzjoni fl-istabbilimenti tal-ikel.