F’konferenza tal-aħbarijiet illum waranofsinhar, il-Prim Ministru żvela li sa issa, 75,000 persuna kisbu l-vouchers tal-€100 b’mod diġitali.
Il-Prim Ministru kien qed jitkellem dwar iċ-ċertifikat tal-vaċċin u spjega wkoll kif il-Gvern qed jerġa’ jagħti stimulu ekonomiku permezz tal-vouchers.
It-tieni rawnd tal-vouchers ifisser €50 miljun ta’ investiment fl-ekonomija.
Bl-aħħar skema ta’ vouchers li tqassmu tul l-2020, għal kull ewro li l-poplu nefaq bil-vouchers, nefaq ewro ieħor.
Din id-darba l-vouchers se jkunu mqassmin hekk, erbgħa tal-€15 biex jintefqu fir-ristoranti fost oħrajn u erbgħa tal-€10 biex jintefqu fil-ħwienet tal-ħwejjeġ fost ħafna ħwienet oħra.