Il-kumpanija tal-ajru British Airways qed topera l-iskeda kollha tat-titjiriet wara li problemi tekniċi fis-sistema tal-informazzjoni teknoloġika li waslet lill-kumpanija tħassar eluf ta’ titjiriet matul tmiem il-ġimgħa li għadda.
British Airways qalet li s-sistemi tagħha reġgħu qed jaħdmu kif suppost u t-titjiriet se jkun qed jaħdmu kif skedat f’Heathrow u Gatwick.
Madanakollu, hija avżat li jaf ikun hemm bżonn ta’ iżjed ħin biex il-passiġġiera jieħdu l-bagalji tagħhom.
Iktar qabel, il-kap eżekuttiv tal-British Airways Alex Cruz weħħel f’kurrent qawwi fl-elettriku li wassal għall-interruzzjoni, b’75,000 persuna affettwati.