75% tar-residenti f’Malta b’abbonament ta’ telefonija fissa ma jafux kemm tiġi tiswihom telefonata ta’ minuta.
Dan ħareġ minn stħarriġ li sar mill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni dwar is-servizzi tat-telefonija fissa, fost konsumaturi residenzjali.
Din l-informazzjoni uriet in-nuqqas ta’ għarfien fuq kemm tiswa telefonata ta’ minuta li toriġina minn abbonament ta’ telefonija fissa.
Kienu 25% biss tal-parteċipanti b’abbonament ta’ telefonija fissa li wieġbu li jafu kemm kienet tiswa telefonata ta’ minuta bejn żewġ numri ta’ telefonija fissa abbonati mal-istess operatur.
Raġuni prinċipali għal dan in-nuqqas ta’ għarfien tista’ tkun in-numru mdaqqas ta’ offerti disponibbli, kif ukoll l-‘allowances’ marbutin ma’ dawn l-offerti.