Il-General Workers’ Union b’rabta mal-anniversarju ta’ ħamsa u sebgħin sena, qiegħda torganizza diversi attivitajiet. Dawn l-attivitajiet se jkunu qegħdin maqsuma fuq erba’ temi.
Fost dawn it-temi hemm it-tibdil intern f’din it-trade union u fi kliem is-Segretarju Generali tal-General Workers’ Union dan qiegħed issir biex ikun hemm moderninazzjoni minħabba li x-xogħolijiet illum il-ġurnata qegħdin jinbidlu.
Is-Sur Bugeja qal li t-tbiddil intern qiegħed issir bħalissa jinkludi d-dipartimenti, t-taqsima u billi qegħdin jintroduċu servizzi innovattivi malli ħaddiem jissieħeb f’din it-trade union.
Il-qofol ta’ dan kollu se jkun milħuq f’Ottubru li ġej meta se jsir kungress nazzjonali li se jkollu l-preżenza tal-Prim Ministru, Joseph Muscat, il-Kap tal-Oppozzjoni, Adrian Delia u diversi mexxejja ta’ trade unions kemm Maltin u kemm barranin. Waqt li t-tema ta’ dan il-kungress huwa “Il-Futur huwa issa” għaliex f’din is-sena kommemorativa għal General Workers’ Union, dan se jkun qiegħed iwassal għal tbiddil fl-istatut.
Tema oħra li fi kliem is-Segretatju General tal-General Workers’ Union, Josef Bugeja hi l-edukazzjoni. Matul din is-sena se jkunu qegħdin jagħmlu taħriġ għal żgħażagħ li għadhom qatt ma ħadmu se jkunu qegħdin jitħarġu dwar kif għandhom jagħmlu CV u kif għandhom iġġibu ruħhom waqt interview. Barra min hekk se jkunu qegħdin jagħmlu job shadowing madwar l-Ewropa, biex jaraw li l-membri tagħhom jitgħallmu ħiliet ġodda.
L-azzjonijiet industrijali, fejn bħala trade union li għandha t-twemmin ta’ ‘equal pay for job of equal value’, li jfisser li kulħadd ikollu l-istess pagament fl-istess xogħol. L-ewwel pass seħħ sena ilu meta ntlaħaq ftehim bejn il-Gvern u t-trade-unions kollha Maltin.
Waqt li t-tema oħra hi dik tat-tema soċjali, li kif il-Gvern se jkun qiegħed joħroġ il-whitepaper dwar il-kera, miżura li tħabbret fil-budget, il-General Workers’ Union se jkunu qegħdin jiddiskutu l-ideat mat-trade unjonisti l-oħra. Ukoll se tkun qed tagħmel seminars fuq temi soċjali attwali bħala l-immigrazzjoni u l-integrazzjoni, xi ħaġa li taffettwa lis-soċjetà Maltija.
B’dawn l-erba’ temi, l-General Workers’ Union se tkun qed tikkomemora l-ħamsa u sebgħin sena mit-twaqqif.