Id-daqq tal-qniepen, fakkru l-75 anniversarju mill-ewwel bomba atomika fid-dinja li ntefgħat fil-Ġappun.
Kien nhar is-6 ta’ Awwissu tal-1945 meta suldat Amerikan tefa’ l-bomba fuq Hiroshima u li qatlet madwar 140 elf persuna. Tlett ijiem wara ntefgħat it-tieni bomba nukleari f’Nagasaki.
Ġimagħtejn wara dawn l-attakki l-Ġappun ċeda l-armi u ntemmet it-Tieni Gwerra Dinjija.
Kmieni l-Ħamis filgħodu l-Prim Ministru Ġappuniż, Shinzo Abe flimkien mas-Sindku ta’ Hiroshima ngħaqdu ma’ għadd ta’ persuni li salvaw minn dan l-attakk u d-dixxendenti tagħhom biex ifakkru din il-memorja.
Ġeneralment, eluf ta’ persuni jfakkru din il-memorja fil-Park tal-Paċi f’Hiroshima, iżda minħabba l-pandemija, din l-attività kellha tiġi limitata għal ftit nies.