Il-Prim Ministru Ingliż, Theresa May, u l-President Franċiż Emmanuel Macron ingħaqdu flimkien mal-veterani ta’ D-Day fit-Tramuntana ta’ Franza għat-tieni jum ta’ avvenimenti li jfakkru l-ħamsa u sebgħin anniversarju mill-invażjoni tan-Normandija.
Kien id-daqq ta’ mużiċist wieħed bl-instrument iż-żaqq li mmarka l-mument meta s-suldati tar-Renju Unit telqu mill-pajjiż.
Waqt iċ-ċeremonja tal-inawgurazzjoni, May irringrazzjat lill-veterani filwaqt li Macron qalilhom li għandna nkunu grati lejhom bil-kbir għax kien bis-saħħa tagħhom li għandhom il-libertà.
Aktar tard il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, se jkun qed jakkumpanja lil Macron fiċ-ċimiterju tal-Gwerra tal-Istati Uniti f’Omaha Beach.
Kienu mijiet il-veterani li nġabru fin-Normandija għall-anniversarju li jdakkar l-akbar operazzjoni navali li qatt saret fl-istorja li kienet saret minn fuq l-art u kif ukoll mill-ajru.