74 sewwieq kienu mħarrka mill-Pulizija wara li nqabdu jsuqu b’velocità eċċessiva f’kontrolli li l-Pulizija wettqet fit-Tramuntana ta’ Malta tul dan il-jum ta’ festa pubblika.
L-ispezzjonijiet saru mis-Sezzjonijiet tat-Traffiku, ir-Rapid Intervention Unit u l-Ispecial intervention unit b’assistenza mis-Sezzjoni tal-Infurzar ta’ Transport Malta.
Inħarġu wkoll 8 taħrikiet oħra minħabba ksur tar-regolamenti tat-traffiku li jinkludu sewqan mingħajr ċintorin tas-sigurtà, vetturi bit-tinted glass u vetturi mingħajr numru tar-reġistrazzjoni.
Il-Pulizija appellat mill-ġdid biex wieħed ma jabbużax mis-sewqan u l-fatt li t-toroq f’dan iż-żmien huma battala mit-traffiku.