Fil-lejl ta’ bejn il-31 ta’ Diċembru l-ewwel tas-sena l-Pulizija kompliet bil-ħidma tagħha fit-toroq Maltin. Kienu 738 vettura li twaqqfu f’road-block f’diversi lokalitajiet madwar Malta.
Il-Pulizija b’kollox ħarġet 54 kontravenzjoni, għal dawk is-sewwieqa li ma żammewx mar-regoli tat-traffiku, li fost oħrajn naqsu milli jilbsu ċ-ċintorin ta’ sigurtá, kienu qed isuqu vetturi mhux liċenzjati u mingħajr polza tal-assikurazzjoni.
Kienu sitt sewwieqa minn 738 li nstabu taħt l-influwenza tal-alkoħol. Jidher li l-kampanji u l-appelli biex wieħed ma jsuqx meta jixrob ma waqawx fuq widnejn torox.