Aktar minn tlieta u sebgħin fil-mija tal-każijiet tal-COVID-19 li ġew irrapportati fl-aħħar jiem fl-Amerka huma infezzjonijiet bil-varjant il-ġdid, Omicron. Dan ħareġ minn estimi miġbura miċ-Ċentri għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard tal-Istati Uniti.
Il-varjant il-ġdid diġà ġie identifikat fi tmienja u erbgħin stat Amerikan.
Huma biss Oklahoma u South Dakota li s’issa għadhom ma rrapportaw l-ebda każ bl-Omicron.
Dan filwaqt li disgħin fil-mija tal-każijiet irrapportati fl-aħħar jiem fi New York kienu kollha infezzjonijiet bl-Omicron.
It-Tnejn l-istat ta’ Texas ikkonferma l-ewwel mewt ikkawżat bl-istess varjant u qed jiġi rrapportat illi r-raġel ma kienx imlaqqam kontra l-COVID-19 u din kienet it-tieni darba tiegħu li kien infettat bil-virus.