Is-27 ta’ Jannar, 1945. Militanti Nazisti sofrew attakk mill-alleati fil-kamp tal-kontreċament Auschwitz.
B’Hekk dan il-jum jibqa’ mfakkar madwar id-dinja bħala Holocaust Memorial Day, fejn f’qalb iċ-ċittadini ikun hemm l-erwieħ ta’ kull min kellu jsofri l-mewt fil-kmamar tal-gas fil-kampijiet ta’ konċentrament mifruxa madwar l-Ewropa fi żmien il-ġenoċidju ta’ Adolf Hitler.
Kull sena l-atroċitajiet tat-Tieni Gwerra jkunu mfakkra b’tema, u għall-2017, din kienet ‘How Can Life Go On?’.
Din it-tema se tisfida ċ-ċittadini globali biex jieħdu ħsieb dawk kollha li jsofru xi forma ta’ diskriminazzjoni: l-immigranti, persuni omosesswali u persuni li sofrew bullying fost oħrajn. Tfakkar kif aħna lkoll responsabbli għal xulxin u għas-sigurta ta’ xulxin.
Din it-tema kienet diskussa fil-Parlament Ingliż, bil-Membru Parlamentari Laburista Peter Kyle jgħid li dan il-jum għandu jservi ta’ waqfa mill-ħajja mgħaġġla fejn aħna lkoll nirriflettu.
Fil-Parlament, Kyle għamel ir-riflessjonijiet tiegħu fuq l-emozzjoni li ħass, meta hu stess żar il-post fejn fuq ordni tan-Nazisti, miljuni ħallew din id-dinja.
Għaldaqstant, it-tifkira tal-Olokawst fl-2017 għandha tkun il-bidu tat-triq lejn dinja iktar solidari, iktar ferriħija, fejn il-ġenoċidju huwa biss tifkira sewda li llum il-ġurnata naqraw dwarha fil-kotba storiċi.