Permezz ta’ ċerimonja, il-Forzi Armati ta’ Malta laqgħu 72 membru ġdid, wara li għaddew minn ġimgħat ta’ taħriġ intensiv. Disa minn dawn il-membri ġodda huma nisa.
Iċ-ċerimonja kienet preseduta mill-Ministru Carmelo Abela u l-brigadier Jeffrey Curmi.
Fl-aħħar tliet snin, 400 suldat u 30 kadet ingħataw iċ-ċans li jidħlu għall-ħajja militari.