Bejn Jannar u Settembru tas-sena l-oħra, 710 pazjent li mietu bil-kanċer.
Meta wieġeb sensiela ta’mistoqsijiet tad-deputat laburista Anthony Agius Decelis, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li fosthom kien hemm 403 li kienu rġiel.
Huwa qal li kien hemm pazjent li kien taħt il-15-il sena u kien hemm 51 li kellhom 85 sena jew aktar.
L-iktar mwiet li seħħew minħabba il-marda tal-kanċer kienu dawk li kellhom bejn l-65 u l-74 sena. Il-kanċer fil-pulmun kien l-iktar komuni fl-irġiel filwaqt li l-kanċer tas-sider kien komuni fin-nisa.