F’pajjiżna hawn 7,081 persuna li jbatu bid-demensja. 2,032 huma rġiel, filwaqt li 5,049 Dan ħareġ minn studju li sar mill-kumpanija Grant Thorton u ġie pprezentat f’Buisness Breakfast li kien indirizzat mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Antony Agius Decelis.
Il-Professur li jispeċjalizza fil-qasam tad-dimesja Charles Scerri qal li minkejja din iċ-ċifra b’kollox hemm aktar minn 4,200 persuna li jbatu bil-kundizzjoni bid-dimesnja.
Mill-istudju ħareġ li huwa maħsub li l-każijiet tad-dImensja huma maħsuba li jitilgħu minn 7,692 fl-202, għal 13,937 fl-20140. Bħalissa, hemm 915-il pazjent ibatu mid-dimensja li qegħdin fuq il-lista ta’ stennija tal-Gvern jistennew sodda. Minnhom, 153 huma każijiet urġenti, filwaqt li 430 huma ta’ prijorità għolja.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attivia Anthony Agius Decelis tkellem dwar il-viżjoni tal-gvern għal dan il-qasam, fosthom li jsir investiment f’ San Vinċenz de Paul u jiżdiedu 500 sodda:
“Aħna Gvern li jimpirtana, u għalhekk qegħdin naħdmu biex intejbu l-ħajja”.