Din il-ġimgħa, sebat elef tifel u tifla bdew jattendu l-programm sajfi u vast ta’ Summer on the Move.
Din hija t-tmien edizzjoni ta’ dan il-programm, li qed jikber mhux biss fost it-tfal imma anki l-adulti.
Il-Kap tal-Programmi Sportivi fi ħdan SportMalta, Robert Portelli, qal li dawk li applikaw għal dan il-programm se jkollhom l-opportunità li jipprattikaw ħamsa u tletin dixxiplina sportiva differenti.
Huwa qal, “Fiċ-ċentri noffru sport differenti, fejn għandek pereżempju, il-Kumpless Qroqq u Kirkop, għandek il-pixxina u dan ovvjament huwa importanti ħafna fis-sajf. Imma għandek tim sports bħall-basketball u l-futbol. Għandek individual sport inkluż l-atletika, il-ġinnastika jippruvaw sport differenti u jitħajru jkomplu jipparteċipaw.”
Fuq kollox, spikka l-entużjażmu taċ-ċkejknin li għażlu sajf mimli attività fiżika. Huma qalulna:
- “It forms most of my time and I use that time which is really nice and helpful, because I learn new staff, and it’s something really nice.”
- “Inħob ħafna l-isports u inħobb ngħum’
- “Jien inħobb ħafna l-isports”
- “Jien naħseb li trid tkun fit ġo ħajtek, tieħu pjaċir ħafna u tagħmel ħbieb ġodda u issek qed tagħmel il-hobby tiegħek.”
Staqsejna lit-tfal x’jieħdu pjaċir jagħmlu l-aktar. Huma qalulna:
- “Għaliex tieħu gost tagħmel il-ġinnastika inti ? IlnI nagħmlu min meta kont, u I have fun doing it, it is really more than a talent and a hobby that I do, it is something that I want to do when I grow up and continue doing it as a job, I want to continue to do it for life”
- “Ġinnastika, għax inħobb nagħmel affarjiet ġodda”
- “Ilbieraħ għadna nagħmlu l-athletics ġo l-pool u affarjiet oħra.”
L-attivitajiet qed isiru b’konformità mal-miżuri favur is-saħħa pubblika.
Qabel jiddaħħlu l-iskola, tittieħed it-temperatura ta’ kull tifel u tifla, u t-tfal iżommu d-distanza.
Huwa sostna: “Aħna nagħmlu l-proċedura normali, niċċekkjaw it-temperatura, it-tfal li ma jifilħux ngħidulhom biex ma jiġux, sanitizers, sanitizers tat-tagħmir, coaches huma ttestjati wkoll regolarment, il-gruppi huma żgħar, aħna nżommu d-distanza, il-ventilazzjoni, huma kollha hemm imma l-importanza hija l-awareness.”