Fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla madwar 7,000 persuna se jerġgħu jkunu San Pawl il-Baħar għal festival tal-mużika Lost & Found. Festival li sar għall-ewwel darba f’pajjiżna sentejn ilu u s-suċċess ta’ dakinhar donnu wassal biex l-organizzaturi jerġgħu ifittxu lil pajjiżna għal darba wara oħra.
Fil-fatt, anke s-sena li għaddiet sar Malta u din id-darba mhux se jkun eċċezzjoni. Biex ma’ Jannar u Frar tajbin f’dawk li huma wasliet ta’ turisti Buġibba se tkun qed tħares il’ quddiem b’eluf ta’ żgħażagħ mistennija jimlew il-lukandi u l-istabbilimenti tal-ikel u x-xorb bejn sessjoni ta’ żfin u oħra fi tmiem il-ġimgħa li ħafna se jkunu qed ifittxuha għal ftit mistrieħ.