Waqt rejd f’razzett tal-kannabis fin-naħa t’isfel tal-Italja, il-pulizija rnexxielha taqbad 700 pjanta tal-kannabis.
Iżda dan mhux biss, hekk kif komplew it-tfittxijiet tagħhom u sabu 235 ġurdien ta’ denbhom pjuma friżati.
Huwa mifhum li l-ġrieden ta’ denbhom pjuma huma parti minn platt tradizzjonali tal-Mafja.
Il-pulizija arrestat tliet persuni fuq il-post.
Gruppi intiżi fuq annimali selvaġġi qalu li dawn il-ġrieden jissajru biex jonoraw lill-ogħla uffiċjali tal-Mafja waqt festini.
Il-pulizija qalu li skoprew dawn il-ġrieden fil-jum tas-Sibt waqt tfittxija f’Reggio Calabria liema tfittxija estendiet lejn propjetajiet oħra.
Jingħad li mexxejja tal-grupp Mafjuż ‘Ndrangheta jagħmlu l-aktar deċiżjonijiet importanti bi platt ta’ ġrieden quddiemhom.