Seba’ mitt bidwi li għandhom l-għelieqi fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta mistennija jibdew jutiliżżaw in-new water.
Tkellimna ma Richard Bilocca, Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma, fejn spjegalna dwar ix-xogħlijiet li jridu jsiru għat-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tan-‘new water’.
Spjega li “Meta jiġi finaliżżat dan in-network a jkunu qed jiżdiedu għal xi 700 dawn il-bdiewa qegħdin nitkellmu jiġifieri fuq areas konsiderevoli jiġifieri qed ngħidu madwar 3.5k tomna raba li se jkollhom aċċess għal dan it-tip ta’ ilma fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta.”Bilocca spjega kif bħalissa nfetħu t-tenders sabiex ikunu jistgħu isiru x-xogħlijiet ta’ tħammil u installazzjoni ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni ta’ dan l-ilma ġdid għall-għelieqi tan-naħa ta’ fuq tal-pajjiż.
Bħalissa jinsabu għadejjin l-aħħar xogħlijiet fiċ-ċentru ta’ Barkat fix-Xgħajra, kif ukoll fil-manutenzjoni u riġeneraazjoni ta’ seba ġibjuni li se jkunu qed isostnu mijiet ta’ bdiewa fin-naħa t’isfel ta’ Malta.
Ix-xogħlijiet fiċ-ċentru ta’ riġenerazzjoni ta’ ilma f’Għawdex ukoll jinsab fl-aħħar stadji tiegħu, u fiż-żmien li ġej, in-network ta’ dan l-ilma f’Għawdex mistennija wkoll tkompli tisaħħaħ.
Minkejja li fil-bidu tiegħu ħafna persuni kienu wrew xettiċiżmu dwar in-new water, Bilocca sostna li dan l-ilma qed jintlaqa’ sew mill-bdiewa u kulma jmur, id-domanda għalih qed tkompli tiżdied.