Il-liġi tal-aġenti tal-propjeta’ mistennija tidħol fis-seħħ sal-aħħar ta’ din is-sena. Dan wara li fl-elfejn u sittax ġiet ippublikata white paper għad-diskussjoni u li f’ sentejn ġiet emendata kemm il-darba.
Qal dan is-Segretarju Parlamentari għas-Suq tal-Propjetà Chris Agius waqt li l-Ġimgħa filgħodu ġiet imneddija s-sezzjoni tal-Aġenti tal-Propjeta’ fi ħdan l-Assoċazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi l-MDA wara li sebgħin uffiċċju tal-bejgħ tal-Propjeta ħarġu mill-Federazzjoni li kienu membri fiha.
Il-President ta’ din l-Assoċazzjoni Sandro Chetcuti, li issa laqgħet fiha wkoll lil dawn l-aġenti, qal kif l-investment taċ-ċittadinanza b’ investiment għin sabiex is-suq tal-propjeta’ f’ pajjiżna kiber ħafna għal dak li hu llum.
Huwa qal li t-triq ‘il quddiem għal dan il-programm hija li dan jitjieb u għalhekk l-Assoċjazzjoni flimkien mas-sezzjoni tal-Aġenti tal-Propjetà se jkunu qed iressqu numru ta’ proposti lill-Gvern dwar dan. Fost l-ewwel proposti se jkunu li jitilgħu t-tresholds eżistenti tal-kirja u l-investiment tal-propjetà, jekk wieħed jiddeċiedi li jixtri ċ-ċittadinanza Maltija.