Dalgħodu tħabbar kif 70% tal-popolazzjoni Maltija u Għawdxija tlaqqmet kompletament.
Dan tħabbar mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fuq il-midja soċjali.
Id-Deputat Prim Ministru qal ukoll kif 81% tal-popolazzjoni ħadet minn tal-inqas l-ewwel doża tal-vaċċin.
Intqal ukoll kif s’issa b’kollox ingħataw 650,000 doża tal-vaċċin.