F’temp ta’ 24 siegħa twettqu 70% tax-xewqat tat-tfal imniżżlin ma’ Children’s Dreams. Kampanja li kull Milied twettaq ix-xewqat ta’ mijiet ta’ tfal minn madwar il-gżejjer Maltin – b’diverdi mix-xewqat ikunu ta’ neċessitajiet fosthom kupuni tal-ikel għall-famitlhom jew ħwejjeġ. Din hi kampanja li ta’ kull sena tħeġġeġ numru ta’ kumpaniji u individwi jagħtu s-sehem tagħhom fis-soċjetà u jpoġġu tbissima fuq fomm it-tfal li l-etajiet tagħhom ivarjaw minn tliet snin ‘il fuq.
Minkejja li twettqu 70% tax-xewqat xorta għad hemm uħud li għadhom ma twettqux. Kull min jixtieq jgħin jista’ billi jżur is-sit elettroniku fuq http://www.childrendreams.org/.