Madwar 70 professjonist involuti fil-qasam tal-mediċina sportiva qegħdin jieħdu sehem fil-ħames edizzjoni tal-iSports and Exercise Medicine Summer Course mtella’ mill-kumitat Olimpiku Malti.
Il-kors li qiegħed jittella’ matul din il-ġimgħa se jiġi indirizzat minn 17-il kelliem internazzjonali li ġejjin minn seba’ pajjiżi differenti fosthom it-tabib tal-klabb tal-futbol ta’ Liverpool, Andrew Massey.
F’dawn l-aħħar għaxar snin il-mediċina sportiva rat avvanzi kbar anke bl-introduzzjoni tat-teknoloġija ġodda.
Il-Professur Nicola Maffulli, wieħed mill-esperti f’dan il-qasam, spjega kif il-mediċina tgħin lil dawk li jipprattikaw xi sports jew jagħmlu eżerċizzju fiżiku.
“There is no doubt the course of the last 10 years, medicine has helped out sports and it goes not just in terms of cure, but in terms of the way of preventing injuries.”
L-Ispeċjalista tal-mediċina sportvia, Krill Micallef Stafrace, spjega kif din il-prattika mhix immirata biss għal persuni li jipprattikaw xi sport imma anke għal dawk li qed jagħmlu eżerċizzju fiżiku biex itejbu l-kundizzjoni ta’ saħħithom
“Illum il-ġurnata nafu li Malta għandna l-problema tal-obesità u n-nuqqas ta’ eżerċizzju fiżiku, sports medicine huwa parti integrali biex naraw kif inaqqsu din il-problema”
Il-mediċina tal-isport tinvolvi grupp ta’ speċjalisti li permezz tal-prattika tagħhom jgħinu lill-isportivi u lil dawk li jipprattika xi tip ta’ eżerċizzju biex jitħejjew tajjeb fiżikament u mentalment.