Fost il-każijiet pożittivi li kien hemm tul din l-aħħar ġimgħa kienu ta’ tmien anzjani li ttestjaw fil-pożittiv għall-COVID-19.
Dawn it-tmien anzjani rriżultaw fil-pożittiv għal dan il-virus wara li attendew għat-tombla u ikla flimkien għaż-żminijiet tal-festi.
Dan intqal mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, li qalet kif madwar sebgħin anzjan ieħor kellhom joqgħodu kwarantina wara li attendew għal din l-istess attività.
Waqt l-istess bullettin, il-Professur Gauci appellat sabiex in-nies jibqgħu jsegwu l-miżuri ta’ prevenzjoni.