Inkjesta li qed teżamina abbuż sesswali fl-Awstralja rriżultat li sebgħa fil-mija tal-qassasin Kattoliċi tan-nazzjon allegatament abbużaw minn tfal.
Dan fil-perjodu ta’ bejn is-sena elf disa’ mija u ħamsin u l-elfejn u għaxra. F’ordni waħda, aktar minn erbgħin fil-mija tal-figuri tal-knisja kienu akkużati b’abbuż.
Mal-4,500 persuna stqarrew li kienu vittmi bejn l-1980 u l-2015. Il-kummissjoni, li hija l-ogħla forma ta’ inkjesta fl-Awstralja, wkoll qed tinvestiga l-abbuż f’organizazzjonijiet mhux reliġjużi.
L-avukat li qed tassisti l-kummissjoni f’Sydney qal li l-istejjer tal-vittmi huma simili ħafna. Żiedet tgħid li t-tfal kienu injurati jew saħansitra kkastigati. Dan filwaqt li l-allegazzjonijiet ma kinux investigati.