Mill-inqas seba’ persuni mietu f’attakki mill-ajru f’Kherson, fin-Nofsinhar tal-Ukrajna.
Il-President Ukren, Volodymyr Zelensky qal li f’Kherson ma kien hemm ebda binjiet li qed jintużaw għal skop militari, u l-binjiet li ntlaqtu kienu residenzjali jew amministrattivi.
Kherson hija l-unika belt li kienet taħt il-kontroll tar-Russi kemm ilha li bdiet il-gwerra, u ġiet lura taħt il-kontroll tal-Ukreni xahar ilu.
Zelensky qal li dawn l-attakki huma qtil bi skop ta’ intimidazzjoni, u r-Russja qed tiċħad li hija qed tattakka nies li mhumiex suldati.