Raġel armat qatel seba’ persuni qabel ma ġie arrestat f’Kalifornja lbieraħ filgħaxija, jumejn biss wara li sparatura oħra ħasdet il-ħajja ta’ 11-il persuna f’sala taż-żfin.
L-ewwel erba’ vittmi nstabu f’razzett tal-faqqiegħ filwaqt li t-tlieta l-oħra nstabu aktar tard f’negozju tat-trakkijiet fil-qrib.
Il-pulizija għadhom qed jinvestigaw x’wassal għal dan l-attakk.
Is-suspettat ta’ 67 sena ġie arrestat wara li ta lilu nnifsu f’idejn il-pulizija bil-pistola miegħu ftit tas-siegħat wara.