Bejn Ġunju tas-sena l-oħra u Settembru ta’ din is-sena kien hemm 699 każ li ġew ppreżentati quddiem l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji.
Il-Ministru għall-Finanzi qal lill-membru parlamentari Robert Abela li minn dawn, sa l-aħħar ta’ Settembru kienu deċizi 49 każ.
Minn dawn, 24 kienu deċiżi favur il-konsumatur, 14 kontra l-konsumatur, tlieta deċizi parzjalment favur il-konsumatur u tnejn fejn l-arbitru ddeċieda li ma kellux il-kompetenza li jisma’ l-każ.
Kien hemm sitt każi oħra fejn l-arbitru ħareġ deċizjoni dwar ġustifikazzjoni tal-konumaċja.