Dan id-dokument nistgħu niżvelawh grazzi għal leak intern mid-Dar Ċentrali.
Il-wiegħda ewlenija fid-dokuemnt “Reducing Traffic Congestion” hi li l-Partit Nazzjonalista se jħejji pjan, jekk ikun fil-Gvern.
Din hi l-aktar wiegħda b’saħħitha li l-kap saħansitra jimmarka fil-messaġġ tiegħu fl-istess dokument. Però dan il-pjan diġà qed jitħejja mill-Gvern preżenti, peress li din is-sena jintemmu deadlines imposti mill-Unjoni Ewropea, u pajjiżna ma jistax jistenna.
Il-kumplament tar-rapport jirreferi għal statistiċi dwar x’hawn fit-toroq Maltin. L-ammont ta’ proposti huwa limitat u jinkludu proposti li jew qed iseħħu, jew seħħew diġà.
Fosthom il-miżura li tinċentiva l-użu tal-muturi. Miżura oħra li tissemma u li diġa’ għaddeja konsultazzjoni dwarha hija dik dwar il-ħinijiet li fihom jinġabar l-iskart.
Mistennija wkoll terga’ tissemma l-proposta li Simon Busttil jirrepeti kull darba, dik li t-tfal kollha jużaw trasport tal-iskola b’xejn. Madanakollu, minkejja li għaddew seba’ xhur, l-imkejjen tagħna żvelaw li l-Partit Nazzjonalista lanqas biss wasal biex jagħmel analiżi ta’ kemm jisewew il-proposti tagħhom, anke jekk dawn issemmew fir-risposta għal baġit f’Novembru li għadda.
Iktar dettalji llejla fil-bulettin ewlieni tal-aħbarijiet tal-llejla fis-19:30.