Din is-sena se jkunu 6,827 – in-numru ta’ persuni li jieħdu lura ħlas fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi mħallsa żejda fi żmien amministrazzjoni preċedenti. Li dan il-ħlas żejjed jingħata lura kienet wiegħda elettorali. Wara li fl-2014 kull min ingidem ħa biċċa minn sehmu, wara bdew isiru ħlasijiet sħaħ.
Din is-sena hemm allokati €4,800,000 għal dawn il-ftit iktar minn 6,000 persuna.
- ĦLAS LURA TAR-REĠISTRAZZJONI FUQ IL-VETTURI
- 2017: €4.8 MILJUN
- IGAWDU 6, 827 PERSUNA
Meta wieħed iżid dawn mal-ħlasijiet li diġa’ saru, jkunu gawdew 45,485 persuna bil-valur totali jkun ta’ €14,500,000.
- ĦLAS LURA TAR-REĠISTRAZZJONI FUQ IL-VETTURI
- 2014/2017: €14.5 MILJUN
- IGAWDU 45,485 PERSUNA
Il-ħlas ta’ din is-sena u għal dawk il-persuni hallsu taxxa zejda lura fis-sena 2006. Wara li fis-snin li għaddew ingħalqu l-ħlasijiet ma’ dawk li xtrat il-vettura fl-2004 u l-2005.
F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi fisser fid-dettall kif il-gvern żamm din il-wiegħda.
“Urejna li dan ma kienx gimmick kif kien qalilna l-Partit Nazzjonalista, dak li wegħdna qed inwettquh. Qed nagħtu l-flus lura ta’ sena waħda wara l-oħra. L-ewwel tajna xi ħaġa lil kulħadd, issa qed nagħtu l-parti li jmiss u filfatt mix-xahar id-dieħel dawk li jiġu infurmati jistgħu japplikaw.”
Fakkar kif l-Oppożizzjoni li kienet fil-Gvern kienet qalet li miżura bħal din twassal biex jiżdied id-deficit u d-dejn jisplodu. Izda mhux biss dan ma seħħx, talli pajjiżna għall-ewwel darba qed jtkellem fuq il-kelma surplus, stqarr il-Ministru Joe Mizzi
Il-pass li jmiss huwa li jintbgħatu ittri lil applikanti li huma eleġibbli li mbagħad ikollhom sat-28 ta’ April ċans biex jibagħtu l-formoli bid-dettalji lil Transport Malta.
Ladarba jitħallsu dawk li xtraw fl-elfejn u sitta l-gvern hu impenjat li jħallas ukoll lil dawk tas-senten ta’ wara.