“Grazzi talli lqajtu mhux lili biss, imma mijiet jekk mhux eluf oħra bħali.”
Dan kien il-messaġġ ta’ Kevin Drake li għal snin twal ħadem fil-Partit Nazzjonalista. Huwa kellu biss kliem ta’ ringrazzjament għal dan il-moviment li ilu jappoġġja għal dawn l-aħħar erba’ snin.
Kevin Drake stqarr li llum jħossu parti minn din il-familja kbira, “b’qalb kbira.” Fid-diskors tiegħu huwa rringrazzja lil Mexxej Laburista Joseph Muscat talli għolla r-reputazzjoni ta’ pajjiżna u għalih kellu messaġġ imqanqal.
“Ma jimpurtax, jistgħu jikkalunjawk u jgħidu fuqek u jgħidulek kull ħaġa taħt il-kappa tax-xemx. Għax fl-aħħar mill-aħħar minn dan xejn ma jimporta għax jekk inti tibqa’ bl-integrità tiegħek intatta, jekk il-prinċipji li dejjem emmint fihom jibqgħu hemmhekk, inti tista’ tħares fil-mera u tgħid: Iva jien bqajt l-istess l-integrità tiegħi l-istess, huma li nbidlu, huma li żraw il-mibegħda.”
Iżda Kevin Drake sostna għal kemm-il darba li minkejja dan, Joseph Muscat dejjem baqa’ jaħdem għal Malta u biex f’pajjiżna jkollna dejjem aktar għaqda.