Żewġ terzi tal-infezzjonijiet ġodda tal-Covid-19 f’pajjiżna huma kawża tal-varjant il-ġdid, l-Omicron.
Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne fuq Twitter, fejn spjega li 67% tal-każijiet ġodda huma bil-varjant.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hawnhekk fakkar fl-importanza tal-vaċċinazzjoni u tenna li d-doża addizzjonali tal-vaċċin kontra l-Covid-19 tibqa’ kruċjali.