Fl-aħħar sigħat, fiequ sebgħa u sittin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna, u feġġew mija u ħamsa u sebgħin każ minn fost tlett elef, mitejn u tlieta u disgħin test.
Dan ifisser li ħamsa u disgħin fil-mija tat-testijiet li saru ġew negattivi u ħamsa fil-mija ġew pożittivi.
Sa issa, fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna, saru aktar minn ħames mija u erbgħa u sittin elf test.
Intant, dalgħodu fl-Isptar Mater Dei mietu anzjan ta’ ħamsa u sebgħin sena u anzjana ta’ erbgħa u sebgħin sena li kienu pożittivi għall-Coronavirus.