Matul il-jum tal-Ħadd, 67 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed wara li kienu fi grupp ta’ aktar minn 3 persuni.
Dawn il-persuni nqabdu waqt ir-rondi kontinwi li qed jagħmlu l-Pulizija madwar il-pajjiż sabiex tassigura li ħadd ma jkun f’ġemgħat t’aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.
Intant ħadd ma nstab ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fil-455-il spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.