Bejn is-sena 2014 u Ġunju 2017 kien hemm total ta’ 67 każ fejn persuni tressqu l-Qorti fuq każijiet ta’ stupru u attentati vjolenti għal pudur.
Tabella li turi n-numru ta’ każijiet fejn il-persuni nstabu ħatja tidher hawn taħt u ġiet preżentata fil-Parlament.
It-tabella tinkludi wkoll dettalji ta’ dawk il-każijiet fejn is-suspettati ġew liberati jew fejn il-każ għadu pendenti. Kien hemm każ fejn is-suspettat laħaq miet.
Persuni Imressqa | Instabu Ħatja | Liberati | Pendenti | Proċediment Eżawrit(is-suspettat miet) | |
2014 | 18 | 10 | 1 | 7 | NIL |
2015 | 23 | 7 | 2 | 13 | 1 |
2016 | 19 | 4 | 3 | 12 | NIL |
2017 sa Ġunju | 7 | 1 | NIL | 6 | NIL |