Is-6 ta’ Frar tal-1958. Bħal-lum 66 sena f’Munich iġġarraf ajruplan, li kien hemm fuqu 44 persuna.
Fuq dan l-ajruplan kien fuqu t-tim ta’ Manchester United, li dak iż-żmien kien imlaqqam ‘Busby Babes’. Huma kienu se jirritornaw lura lejn ir-Renju Unit wara logħba tal-kompetizzjoni Ewropea fis-Serbja, fejn kienu għaddew għas-semi finali ta’ din il-kompetizzjoni.
Għoxrin persuna li kienu abbord l-ajruplan tilfu ħajjithom. Fost dawn kien hemm tmien plejers tar-Red Devils, li kienu: Georff Bent, Roger Byrne, Eddie Colan, Duncan Edwards, Mark Jones, David Pegg, Tommy Taylor u Billy Whelan.
Fost dawk li salva minn din it-traġedja kien hemm il-plejer leġġendarju Ingliż, Sir Bobby Charlton li ħalla din id-dinja f’Ottubru tas-sena l-oħra.